Thursday, April 23, 2009

TEMP MIGNUN

L-ambjent ta’ madwarna qiegħed jinbidel: it-temp qiesu xi kultant ‘jiġġennen’.

Illum il-ġurnata il-bidla fil-klima jew kif nafuha ahjar ‘climate change’ saret frażi familjari ma’ kulhadd. Il-gassijiet u dħaħen li t-teknoloġiji tradizjonali jitfgħu fl-arja tagħna jaf dwarhom kulhadd u nafu fejn ser iwassluna.

Malta, bħala pajjiż żgħir, jipproduċi biss persentaġġ żgħir ħafna minn dawn l-gassijiet, imma xorta nhossu l-effet tad-dħaħen li jipproduċi ħaddieħor.

Fuq livell personali kulħadd għandu jagħti sehemu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. Min-naħa tagħna individwalment ukoll nistaw naghtu kontribut, affarijiet żgħar: bħal nitfu bozza meta ma hemmx bżonnha, jew ma naħlux ilma u nużaw bozoz li jaħlu inqas.

Apparti dawn il-passi żgħar, li kulħadd jista jieħu, għandna bżonn nieħdu ukoll passi akbar bhala pajjiz.

Il-gvern diġa beda jaħseb f’dan r-rigward u grazzi għal-Ministeru għar-Riżorsi u Affirijiet Rurali u l-Uffiċju tal-Prim Ministru diġa ġie ffurmat progett interministerjali biex jaħdem fuq din it-tema. B’mod kawt u kuxxjenzjuz qegħdin niksbu riżultati tajbin anke fuq livell internazzjonali.

Ma’ dan ma nistawx ninsew proposti dwar produzzjoni ta’ enerġija alternattiva bħal dak ta’ l-imtieħen proposti fuq is-Sikka l-Bajda. B’dawn il-Gvern qiegħed jagħti sinjal ċar li l- bidla fil-klima qegħda fuq quddiem fl-aġenda ta’ pajjizna u li qieghed jsir kulma jista’ jsir biex Malta tilħaq livell sodisfaċenti fi zmien qasir.

Hemm bżonn li Malta tkun magħquda f’vuċi waħda ma’ ‘kor’ ta’ pajjiżi ikbar biex b’hekk leħinha jinstema’ wkoll fil-kamp internazzjonali. L-Unjoni Ewropeja qegħda toffrilna din l-opportunita’ fejn Malta qegħda membru fl-iktar blokk li jinsab fuq quddiem fil-ġlieda ghal ambjent aħjar.

Il-pajjiżi tal-unjoni f’Diċembru 2008 ftehmu fuq pakkett ta’ proposti biex isaħħu l-proċess li bih ser jitnaqqsu mill-arja dawn il-gassijiet li qegħdin jheddu l-ħajja tal-ġenerazjonijiet ta’ warajna. F’dan il-pakkett ġie propost u maqbul unanimament mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, li sal-2020 dawn il-gassijiet iridu jitnaqqsu b’għoxrin fil-mija fuq il-livell li kien ikalkulat ghal-1990.

B’hekk l-UE qegħeda tiftaħ t-triq biex l-ulied tal-Ewropa stess, fosthom uliedna l-Maltin, jkunu jistagħu jikbru b’moħħhom mistrieh li ta’ qabilhom ħasbu fl-ambjent li huma ħa jqattgħu l-aqwa ta’ hajjithom fih.

Biex tagħmel dan l-UE qed toħloq fond apposta biex pajjiżi bħal Malta jkunu jistaw jibbenefikaw u jmexxu l-quddiem proġetti li jzidu l-effiċjenza, inaqqsu d-dipendenza fuq iż-żejt u jħajru aktar proġetti ta’ enerġija alternattiva bħal mir-riħ jew x-xemx.

Ir-rappreżentanti ta’ Malta fil-Parlament Ewropew għandhom jkunu dik il-vuċi soda ta’ dan il-pajjiż fi ħdan l-familja Ewropeja, biex inkunu nistaw naraw pajjiżna dejjem mixi l-quddiem, minkejja d-diffikultajiet kollha u ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.

No comments:

Post a Comment