Thursday, February 19, 2009

L-MEPs Laburisti ħadmu kontra u mhux favur l-interessi ta' pajjiżna

Għal darb'oħra l-Membri Parlamentari Ewropew (MEPs) tal-MLP użaw il-preżenza tagħhom fil-Parlament Ewropew biex ħadmu kontra u mhux favur l-interessi ta' pajjiżna. Il-Kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Edward Demicoli qal dan fi stqarrija b'referenza għal vot fil-Parlament Ewropew mill-MEPs Laburisti biex pajjiżna u l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea jaċċettaw terroristi mill-Ħabs ta' Guantanamo Bay wara li dan jingħalaq. Dan sar mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-poplu Malti.

Edward Demicoli fakkar kif anke dak li llum hu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat kien ipprova juża' l-pożizzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew ħalli Malta ma tingħatax fondi mill-UE u b'hekk tgħin ħalli l-problema tal-iskart tissolva. Demicoli qal li l-għeluq tal-Ħabs ta' Guantanamo Bay hu pass ta' min ifaħħru. Madankollu, kwistjonijiet marbutin mad-detenzjoni ta' dawk suspettati b'terroriżmu huma ta' interess nazzjonali u m'għandhomx ikunu trattati fuq livell Ewropew.

No comments:

Post a Comment