Anke jekk fuq livell individwali, għal darb oħra kellna konferma li l-inkonsistenza hija s-sisien tal-politika Ewropeja tal-Partit Laburista. Il-vot li ttieħed u li minnu il-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti irnexxielhom jagħmlu ħerba huwa xhieda ta’ kif il-Partit Laburista dejjem ttratta l-Unjoni Ewropeja b’nuqqas ta’ konvinzjoni, sempliċiment b’konvjenza.
Kuntrarju għal-Partit Nazzjonalista, il-vizjoni politika kien dejjem mnebbħa minn vizjoni li Malta għanda tkun membru tal-Unjoni Ewropeja. Il-Partit Laburista, għal konvejnenza ra kif jipprova jdawwar kull issue ta’ importanza nazzjonali fuq livell partiġġjan billi jopponi dak li fl-interess nazzjonali jidher li huwa tajjeb.
Għall-Partit Laburista il-konvejenza dejjem ħadet l-ewwel post. Din it-tip ta’ attitudni għandha tassew tħasseb l-elettorat meta jiġi biex jagħżel il-kandidati tiegħu biex tassew l-interessi ta’ Malta u l-Maltin ma jiġux sagrifkati għal konvenjenza politika tal-laburisti.
No comments:
Post a Comment